Il-Missjoni Tagħna

Id-Direttorat tar-Riċerka u r-Reviżjoni Interna tal-Iskejjel (RSIRD) jistinka biex jaġixxi bħala l-forza ewlenija wara l-inizjattiva tal-Ministeru għal politika u prattika bbażati fuq ir-riċerka. L-RSIRD jistinka wkoll biex jgħin lill-kulleġġi u l-iskejjel jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li jsiru komunitajiet ta’ prattika riflessiva, bħala parti minn proċess soċjali li jfittex li jrawwem kultura ta’ tagħlim kollettiv, li permezz tagħha l-membri ta’ komunità jkunu jistgħu jaħsbu b’mod kritiku, jirriflettu fuq l-azzjonijiet tagħhom u jikkunsidraw modi alternattivi ta’ ħsieb u azzjoni.

Il-Viżjoni Tagħna

Id-Direttorat tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel (RSIRD) jaspira li jassisti lid-dipartimenti, id-direttorati, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru billi jikkonsolida l-bażi ta’ għarfien tagħhom permezz ta’ riċerka ta’ kwalità għolja. RSIRD jaspira wkoll li jissapportja lill-kulleġġi u l-iskejjel fl-isforzi tagħhom biex itejbu r-riżultati u l-esperjenzi edukattivi tal-istudenti kollha fil-kuntest tal-politiki tal-kurrikulu u leġislazzjoni nazzjonali.

Il-Valuri Tagħna

Aħna nemmnu fit-twettiq ta’ riċerka rigoruża, f'konformità ma' prattiċi etiċi stabbiliti, waqt li nisħqu fuq il-ħtieġa li l-kulleġġi u l-iskejjel jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċess tal-evalwazzjoni interna. Il-valuri li ġejjin huma l-bażi tal-ħidma tagħna:

  • Integrità u trasparenza
  • Professjonalità u eċċellenza
  • Puntwalità
  • Kreattività, innovazzjoni u adattabilità
  • Kollaborazzjoni, komunikazzjoni u ħidma f'tim
  • Inklużività u ċċentrazzjoni fuq l-istudent

L-RSIRD tospita wkoll il-Malta Eurydice Unit, parti min-Netwerk Eurydice, li jgħaqqad 42 pajjiż fi ħdan il-programm Erasmus+, u jappoġġja l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni.